Saturday, November 23, 2024

Il-Parlament jiddiskuti l-ekick scooters

Aqra wkoll

Il-Parlament ilbieraħ iddiskuta mozzjoni biex temenda l-avviż legali 352 tas-sena 2019 dwar ir-regolamenti konnessi mal-Mikromobilità.  L-emendi kienu proposti mid-Deputati Parlamentari Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia. 

L-emendi jgħidu li “l-ekick scooters joffru soluzzjoni oħra u alternattiva ta’ mobilità personali li hi aktar faċli li tintuża minn rota jew pedelec u li żgur ser ikompli jgħin biex itaffi fl-isfida li pajjiżna għandu, minħabba l-ħin mitluf u l-istress li joħloq l-impatt negattiv tal-konġestjoni u l-intensità tat- traffiku. Għalhekk dan hu metodu ta’ trasport li minbarra li jagħti awtonomija, għandu jiġi inkoraġġit għal użu ewlieni jew last mile approach”.

L-emenda tgħid ukoll li “naqblu li l-multi u l-pieni għandhom jiġu imposti bħala deterrent għal kull abbuż, imma dawn l-istess multi u pieni imposti ma għandhom qatt ikunu ta’ deterrent biex dan il-mezz ta’ trasport tant popolari f’ċertu bliet Ewropej jispiċċa ma jintużax f’pajjiżna. Dan qed nesiġuh għax dawn il-multi u l-pieni huma iżjed jew disproporzjonati kontra l-ekick scooters, meta tqabbel id-diversi karatteristici ta’ dan il-mezz ta’ trasport ma’ dak tal-karozzi. Għalhekk, qed jintalab li jkun hemm bilanċ b’mod aktar ġust. Kontravenzjoni tar-reġistrazzjoni tal-ekick scooter għax ikun mingħajr Trial Run plates hi ta’ €500u dik ta’ karozza hi ta’ bejn 25 u 60 ewro. Kontravenzjoni dwar nuqqas ta’ polza tas-sigurtà hi l-istess bħal tal-karozzi. Din il-multa taqbeż l-€2,000  sa €4,600. Ċifri bħal dawn jagħtu x’jifhem li ma tantx iħeġġu l-użu ta’ trasport alternattiv. ˚ontravenzjoni ta’ sewqan mingħajrl iċenzja hi l-istess bħal tal-karozzi, b’żieda li immedjatament persuna tista’ tiġi wkoll skwalifikata milli ssuq. Fil-każ tal-karozzi dan jgħodd biss jekk is-sewwieq kien qed isuq bl-addoċċ u ta’ periklu għal ħaddieħor.  Kontravenzjoni dwar limitu tal-veloċità. Huma l-istess bħal tal-karozzi anzi pjuttost ftit agħar. osta huma dawk it-toroq prinċipali li ma joffrux opportunitajiet adegwati b’karreġġjati għal dan l-użu tal-ekick scooter u għaldaqstant ma jistgħux jintużaw. Dan ser inaqqas sew l-iskop tal-użu minn din l-għamla ta’ trasport. L-Awtorità tat-Trasport għalhekk għandha tagħmel sforz akbar biex tassigura aktar karreġġjati għar-roti u li dawn joffru network kontinwu għal dan l-użu effiċjenti u tikkonsidra wkoll li jingħata aċċess lil ekick scooters biex f’lokalitajiet fejn biex tmur min- naħa għall-oħra tal-istess lokalità trid bilfors tgħaddi minn triq prinċipali. Għaldaqstant, il-Kamra tirrikonoxxi u taqbel li hemm bżonn reviżjoni tal-Avviż Legali billi jiġi emendat ħalli jirrifletti r-realtajiet ta’ dan il-mezz ta’ trasport alternattiv. Għalhekk qed titlob lill-Awtorità tat-Trasport biex tikkonsulta u temenda l-Avviż Legali 352 tal-2019” tgħid l-emenda.

Sport