Saturday, December 21, 2024

Il-Parlament lest jisma’ deputati b’mod virtwali

Aqra wkoll

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qalbu li deputati li ma jkunux jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari jintervjenu permezz tal-użu teknoloġiku.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ħabbar dan il-qbil fil-Parlament bil-Viċi-Kap tal-PN David Agius jikkonferma l-ftehim.

Deputati li għal raġunijiet ta’ saħħa jew eta jħossuhom vulnerabbli u dawk li jkunu ntalbu joqgħodu fi kwarantina imma li jixtiequ jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitati jridu jinfurmaw minn qabel lill-Ispijker biex isiru l-arranġamenti teknoloġiċi għall-kuntatt.

Huma se jkunu jistgħu wkoll jivvutaw onlajn u l-Parlament se jqis l-intervent tagħhom daqs li kieku attendew fil-binja għall-istess laqgħa tal-kumitat.

Fis-seduta parlamentari tat-Tlieta anke d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech faħħar dan il-pass u nsista li n-norma għandha tkun li l-komunikazzjoni ssir b’mod diġitali u jkun f’każijiet rari fejn il-persuna tintalab tattendi biex tipparteċipa fil-laqgħat.

Ekonomija

Sport