Sunday, October 5, 2025

Il-Parlament Malti jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku waqt in-Notte Bianca 2025

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Notte Bianca 2025, il-Parlament Malti fetaħ għal darb’oħra l-bibien tiegħu għall-pubbliku, u ta l-opportunità lil numru sabiħ ta’ viżitaturi sabiex jaraw mill-qrib il-binja tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Il-viżitaturi kellhom l-opportunità jaraw il-kmamar fejn jiltaqgħu l-kumitati parlamentari, is-Sala tal-Parlament, u ż-żoni pubbliċi tal-bini. Matul il-lejla, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, iltaqgħu ma’ dawk li żaru l-binja u kellhom l-opportunità jitkellmu magħhom dwar il-ħidma tal-Parlament u l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-poplu fid-demokrazija.

F’din l-okkażjoni, l-Ispeaker esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-pubbliku għall-interess dejjem jikber fl-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż, u sostna li dawn l-okkażjonijiet isaħħu r-rabta bejn iċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom, u jgħinu biex isaħħu wkoll il-fiduċja fil-proċess demokratiku.

Numru sabiħ ta’ impjegati tal-Parlament kienu mqassma madwar il-binja sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-istorja u l-arkitettura tal-bini, kif ukoll dwar il-ħidma tal-istituzzjoni parlamentari.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport