Friday, December 27, 2024

Il-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid tikseb finanzjament mill-Gvern għar-restawr urġenti tal-Bażilika 

Aqra wkoll

Il-kappillan ta’ Raħal Ġdid bi pjaċir iħabbar li l-kampnar u l-portiku tal-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid se jiġu rrestawrati permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-Gvern. 

Dun Marc André Camilleri qal li wara laqgħat mal-Ministri Byron Camilleri u Owen Bonnici, intlaħaq ftehim li l-Gvern se jikkontribwixxi €400,000 għall-proġett. 

Il-kappillan qal li permezz ta’ din l-għotja finanzjarja, il-parroċċa qed tippjana li l-portiku jintuża bħala pjattaforma għall-viżitaturi u jkun ukoll post fejn isiru avvenimenti u attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi. Intant, hu ppjanat li l-kafetterija tkun fil-pjan terren. 

Dun Camilleri qal: “Dan il-ftehim hu ta’ vantaġġ għall-parroċċa għaliex filwaqt li se tirrestawra partijiet mill-bażilika, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jgawdu l-veduta spettakolari minn fuq il-bejt. Il-kafetterija se tkun fil-pjan terren u l-parroċċa laħqet l- għan ewlieni tagħha li l-manutenzjoni tal-knisja tkun aktar sostenibbli”. 

Il-parroċċa diġà bdiet ix-xogħlijiet ta’ restawr u tittama li l-proġett jitlesta s-sena d-dieħla. 

Ekonomija

Sport