Saturday, December 21, 2024

Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Għawdex tifraħ bil-ħatra ta’ Dr Spiteri Debono

Aqra wkoll

Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Għawdex tifraħ bil-ħatra ta’ Dr Myriam Spiteri Debono bħala President ta’ Malta. Kien f’din il-parroċċa li Spiteri Debono ġiet mgħammda.

Fil-fatt f’post fuq il-midja soċjali, il-Parroċċa ta’ San Ġorġ nkiteb li “l-Parroċċa tagħna llum tifraħ f’jum il-ġurament tal-ħatra ta’ waħda minn uliedha bħala l-11-il President tar-Repubblika ta’ Malta.

In-Nutar Dr Myriam Spiteri Debono ġiet mgħammda fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria dakinhar stess li twieldet, fil-25 ta’ Ottubru 1952, mill-Arċipriet Mikiel Cefai. Hawn ukoll ingħaqdet fis-Sagrament taż-Żwieġ fl-24 ta’ Frar 1979. Id-dar tal-familja paterna tagħha tinsab fi Triq Vajrinġa, fil-qalba tar-Rabat ta’ Għawdex.

Anki r-raba’ President ta’ Malta, Dr Ċensu Tabone, it-tieni Għawdxi fil-Presidenza ta’ Malta, kien mgħammed fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ nhar it-2 ta’ April 1913.

Tislima ta’ ħajr lill-President uxxenti Dr George Vella, it-tieni President bl-isem ta’ Ġorġ, li iktar minn darba onorana bil-preżenza tiegħu fil-Pontifikal tal-Festa ta’ San Ġorġ.”

Ekonomija

Sport