Wara li ħarġet l-aħbar li l-Istat kien se jieħu ħsieb id-difna ta’ mara li ħadd ma ħa ħsieb il-funeral tagħha, il-Parroċċa ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex qalet li kienet se tagħmel il-funeral tagħha.
Din mhix l-ewwel darba li l-Parroċċa ta’ San Ġorġ wettqet dan il-ġest għal persuni li ħadd ma jkun għamlilhom funeral.
Il-mara msejjija ġiet identifikata bħala Maria Ann Johnson.
Fl-aħħar edizzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta’ Awwissu, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ħabbar li l-Istat kien se jieħu ħsieb il-funeral ta’ mara.
L-Isptar ta’ Għawdex qal li dan qed isir wara li għadda ż-żmien biex id-difna tiġi organizzata b’mod privat.
Id-difna tiġi organizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa u se jsir fi żmien 10 ijiem min-notifika.
L-Istat jieħu ħsieb funeral ta’ persuna jekk sa xahrejn wara l-mewt ħadd ma jieħu ħsieb jorganizza l-funeral.