Sunday, October 27, 2024

Il-Partit Laburista b’distakk ta’ 15.0% fuq il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Stħarriġ ikkummissjonat minn IT-TORĊA juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 15.0% fuq il-Partit Nazzjonalista. L-istudju xjentifiku, li sar mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà, juri li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jikseb maġġoranza ta’ madwar 46,000 vot. 

L-istħarriġ juri li meta wieħed japplika l-Multiple Imputation Technique, il-Partit Laburista jikseb il-fiduċja ta’ 56.7% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista jikseb 41.7%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.6% tal-elettorat. L-istatistiku Dott. Marmarà spjega li permezz tal-Multiple Imputation Technique, wieħed ikun jista’ jsib sostituzzjoni xjentifika għal dawk li jirrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi. 

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom. 

Sport