Friday, March 21, 2025

Il-Partit Laburista jagħti l-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona li jinsab espost fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba u l-President Alex Sciberras flimkien ma’ membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmu l-memorja tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona li jinsab espost fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 

Monsinjur Cremona se jibqa’ mfakkar bħala l-bniedem tan-nies, li tant ġibed ammirazzjoni u rispett lejh minħabba l-ħidma li wettaq fis-skiet fost l-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, kemm bħala qassis, kif ukoll bħala provinċjal tal-komunità Dumnikana u bħala Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta. 

Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u lil dawk li kienu qrib tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport