L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati li se jikkontestaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Laburista. Dan sar wara proċess rigoruż mill-Kummissjoni Kandidati mmexxija min-Nutar Charles Mangion, li analizzaw l-applikazzjonijiet tal-kandidati prospettivi fil-ġimgħat li għaddew.
Dan l-ewwel grupp jikkonsisti fi 17-il kandidat li minnhom hemm 5 ġodda. Il-kandidati ġodda huma:
Vania Agius Tabone – 8 u 9 distrett
Martina Buhagiar – 2 u 3 distrett
David Caruana – 9 u 10 distrett
Lisa Cassar Shaw – 9 u 10 distrett
Mariah Meli – 9 u 10 distrett.
Il-kumplament tal-kandidati approvati tal-ewwel grupp huma:
Carmelo Abela – 2 u 3 distrett
Anthony Agius Decelis – 7 u 11-il distrett
Jonathan Attard – 4 u 12-il distrett
Keith Azzopardi Tanti – 1 u 8 distrett
Glenn Bedingfield – 1 u 2 distrett
Chris Bonett – 3 u 4 distrett
Owen Bonnici – 3 u 5 distrett
Lorna Borg Vassallo – 9 u 10 distrett
Andy Ellul – 3 u 4 distrett
Michael Falzon – 9 u 10 distrett
James Grech – 2 u 3 distrett
Damian Spiteri – 10 u 12-il distrett.
Il-Kummissjoni Kandidati se tibqa’ għaddejja b’dan il-proċess fil-ġimgħat li ġejjin.

