Fi Pjazza Kastilja, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fakkar il-memorja ta’ Manwel Dimech, persuna bi prinċipji soċjalisti sodi u li kien katalist biex jiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema. Il-viżjoni politika tiegħu u t-twemmin fil-ġustizzja soċjali u l-identità nazzjonali għadhom relevanti sal-lum.
Manwel Dimech se jibqa’ mfakkar bħala l-Malti li emmen bis-saħħa f’pajjiżu, anke f’mumenti fejn ħadd ma kien jemmen fih. Il-Malti li emmen fiż-żgħir u fil-ħelsien tiegħu tant li ġġieled sal-aħħar għall-ħolma li kellu għal pajjiżna.
Flimkien mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, f’riġlejn il-mafkar ta’ Manwel Dimech kien hemm ukoll l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, li lkoll poġġew bukkett tal-fjuri.