“L-Oppożizzjoni populista anke dwar l-investiment fl-armata, qed taqa’ fil-baxx u turi kemm mhix kredibbli meta tippubblika ritratti ta’ apparat skartat għax għadda żmienu. Filfatt, huwa proprju dak li ħalliet warajha amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet hi li 20 sena ilu ddeċidiet li ma jintużawx aktar. Bil-kelliem tal-Oppożizzjoni għalhekk qiegħed jikkritika deċiżjoni tal-Partit tiegħu stess”
Dan iddikjarah il-Partit Laburista fi stqarrija, fejn spjega illi l-PL fil-Gvern investa f’kull parti tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-istess partit irrimarka kif l-Oppożzzjoni stess kellha tammetti li l-armata żiedet l-investiment tagħha f’oqsma diversi skont il-ħtiġijiet moderni tal-lum u mhux baqgħet b’apparat li kien tajjeb deċenji ilu.
Il-PL qal ukoll; “Mhux hekk biss, il-Gvern Laburista daqskemm investa fil-faċilitajiet investa fil-ħaddiema li jafu sew kif illum għandhom għodda li ma kellhomx qabel. U dak li jgħodd għall-armata jgħodd għall-forzi dixxiplinati kollha”