Friday, July 19, 2024

Il-Partit Laburista jgħid li l-Gvern kellu l-kuraġġ li jibdel il-mod ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija

Aqra wkoll

L-uniku gvern f’dan il-pajjiż li kellu l-kuraġġ jibdel il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, kien Gvern Laburista, fejn f’waħda minn sensiela ta’ riformi li jsaħħu l-Governanza, il-Gvern immexxi minn Robert Abela ħoloq sistema ġdida li taħtar il-Kummissarju tal-Pulizija u li tinvolvi l-iskrutinju tal-Parlament.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, fejn irrimarka li b’din is-sistema nħatar il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti u b’referenza għall-Oppożizzjoni, huwa qal li din kienet bdiet tattakka meta lanqas biss kien għadu daħal fil-kariga.

Il-PL qal ukoll li llum l-PN jitkellem fuq l-iskrutinju tal-Parlament, kien iddeċieda li ma jipparteċipax f’tali skrutinju għaliex kien diġa’ determinat li jibda jattakka lill-Kummissarju tal-Pulizija. Kien hawn fejn il-partit qal; “hekk jagħmel min ma jirrispettax l-istituzzjonijiet jew min irid jinfluwenzahom bl-attakki tiegħu”.

Bil-kuntrarju, Gvern Laburista jirrispetta l-istituzzjonijiet billi jsaħħaħhom. Ingħad li filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien seta’ jaħtar lil min irid Kummissarju tal-Pulizija, għażel li jirriforma u introduċa proċess li kien jinvolvi sejħa pubblika u proċess mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u s-sehem tal-Parlament Malti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport