Il-Partit Laburista fi stqarrija maħruġa feraħ lill-Avukat Gavin Gulia li ġie elett f’elezzjoni każwali sabiex jimtela s-siġġu vojt li ħalla l-Professur Edward Scicluna li ftit tal-jiem ilu ġie maħtur bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Gavin Gulia serva fil-Parlament Malti bħala Deputat Laburista kemm bħala Segretarju Parlamentari u anke bħala Ministru għall-Ġustizzja. Huwa baqa’ jservi bħala Deputat Laburista sal-2013.
Il-Partit Laburista rringrazzja wkoll lil Jeffrey Pullicino Orlando u Charles Azzopardi li kienu l-kontestanti l-oħra f’din l-elezzjoni każwali.
Aqra wkoll:
https://www.inewsmalta.com/2021/01/gavin-gulia-lura-fil-parlament/