Sunday, December 28, 2025

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Karin Grech

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Karin Grech meta din is-sena qed jitfakkar it-tmienja u erbgħin anniversarju mill-qtil makabru tagħha. Il-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u numru ta’ Deputati Laburisti poġġew fjuri fuq il-mafkar tagħha f’San Ġwann.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-tifkira ta’ Karin Grech għadha relevanti llum ukoll, għax f’pajjiżi qrib tagħna qed naraw tant atroċitajiet li jnebbħuna mis-sinifikat tal-paċi.  Sostna li l-ġenituri ta’ Karin Grech ħallsu l-ogħla prezz minħabba t-twemmin tagħhom, li tilfu lil binthom fl-iprem żmien ta’ ħajjitha, għax missierha, il-Professur Edwin Grech, baqa’ jieħu ħsieb lill-pazjenti.  

Dr Abela qal li l-episodji koroh li seħħew f’pajjiżna fl-imgħoddi rridu niftakruhom biex napprezzaw iktar il-paċi u l-għaqda nazzjonali.  Spjega li ma nistgħu qatt nieqfu naċċennaw fuq l-importanza tal-paċi, b’poplu ħawtiel, li jrid jirrikonoxxi l-pedament ta’ dawk li ġew qabilna u li bil-ħidma tagħhom nistgħu ngawdu l-ġid u l-prosperità li għandu pajjiżna bħalissa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport