Wednesday, August 6, 2025

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Perit Dom Mintoff

Aqra wkoll

F’għeluq il-109 snin mit-twelid tal-eks Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista l-Perit Dom Mintoff,  il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rrikonoxxew il-kontribut kbir li ta lill-pajjiż. L-okkażjoni tfakkret bit-tqegħid tal-fjuri f’ħoġor il-monument ta’ Mintoff f’Bormla.

Il-Perit Mintoff ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali mall-Partit Laburista fl-1947 u fl-ewwel Gvern Laburista serva bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tax-Xogħol u r-Rikostruzzjoni. Fl-1949, huwa sar Mexxej tal-Partit Laburista, u dam jokkupa din il-kariga sal-1984. Mintoff serva bħala Prim Ministru bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1971 u l-1984 u sal-lum huwa l-aktar politiku li dam f’din il-kariga, fl-istorja ta’ pajjiżna.

Huwa jibqa’ magħruf għall-impenn tiegħu fis-soċjaliżmu u l-inizjattivi soċjali tiegħu, kif ukoll għar-rwol ewlieni tiegħu fit-tkabbir ekonomiku ta’ Malta u fil-kisba ta’ ħelsien sħiħ mir-Renju Unit. Taħt it-tmexxija tiegħu, Gvernijiet Laburisti fost l-oħrajn, immodernizzaw b’mod radikali lil pajjiżna, daħħlu valuri u drittijiet ġodda għall-poplu u bnew il-welfare state li sal-lum għadu pilastru ewlieni ta’ Gvern Laburista.

F’dan il-mument ta’ riflessjoni, il-Partit Laburista jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jibni fuq il-valuri progressivi u s-suċċessi li Mintoff ħadem tant għalihom, filwaqt li jkompli jippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza għal kulħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport