Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Huwa se jibqa’ mfakkar għall-umiltà tiegħu, il-kuxjenza soċjali, u l-appelli kontinwi għall-paċi fid-dinja.
Il-ħidma fis-skiet mal-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, l-għaqda u d-djalogu li baqa’ jisħaq fuqhom sal-aħħar ta’ mewtu, u r-riformi fil-Knisja Kattolika Rumana biex tkun iktar inklussiva se jibqgħu jiddistingwuh minn Papiet oħrajn.
Kien bniedem tan-nies u daħal fil-qlub ta’ ħafna, inkluż Maltin u Għawdxin, meta żar pajjiżna f’April ta’ 3 snin ilu.