Sunday, November 24, 2024

Il-Partit Laburista mhuwiex il-każini jew il-bini taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, iżda huma n-nies fi ħdanu

- Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista mhuwiex il-każini jew il-bini taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, iżda huma n-nies fi ħdanu. Mis-suldati tal-azzar li ffurmaw il-pedamenti ta’ dan il-partit sa dawk li ngħaqdu magħna grazzi għar-riformi u l-bidliet li saru matul is-snin biex dan il-Partit sar iżjed inklussiv u trasforma ruħu fl-ikbar forza politika f’pajjiżna

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo f’messaġġ fuq Facebook, fejn saħaq li kull partit politiku ħajt jgħaddi minn fażijiet ta’ tiġdid. Dwar it-tiġdid, huwa enfasizza li dan huwa essenzjali biex il-partit jibqa’ relevanti u l-poplu jkompli jagħtih il-fiduċja.

Irrimarka li l-bidliet li qed iseħħu huma frott tal-għażliet li kienu għamlu d-delegati, liema għażliet ddeskrivihom bħala tajbin u li huma mnebbħin mill-valur tal-aħna li huwa akbar mill-jiena.

Il-Ministru Bartolo qal ukoll ; “Għall-partit fil-Gvern dan it-tiġdid huwa iżjed importanti u forsi kemmxejn iżjed ta’ sfida, għaliex il-partit mhux il-Gvern u viċi-versa. U dan kollu jrid isir waqt li l-Gvern ikompli jimplimenta l-manifest elettorali Malta Flimkien. Iżda taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela dejjem ħdimna biex sfida ndawwruha f’opportunità u minn kull sfida noħorgu iżjed b’saħħitna”

Sport