Friday, December 27, 2024

Il-Partit Laburista Norveġiż jikseb l-ikbar ammont ta’ voti fl-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista Norveġiż, li kien jinsab fl-oppożizzjoni, rebaħ l-elezzjoni ġenerali tan-Noverġja u b’hekk ġiet fi tmiemha t-tmex­xija ta’ tmien snin tal-gvern konservattiv ta’ Erna Solberg.

Il-kampanja elettorali tal-partit Laburista kienet iddominata mit-tibdil fil-klima u l-industrija taż-żejt tan-Norveġja.  Skont dak li qiegħed jiġi rrapportat fil-midja tal-pajjiż, il-Partit Laburista se jkun qiegħed jirbaħ 48 mill-169 siġġu fil-parlament, u dan hekk kif s’issa ġew magħduda 99% tal-voti.

Issa, dan il-partit mistenni li jidħol f’dikussjonijiet ta’ koalizzjoni ma’ partiti li jxaqilbu lejn ix-xellug biex b’hekk ikollu l-maġġoranza assoluta fil-parlament u jkun jista’ jifforma l-gvern. 

Il-mexxej tal-partit Laburista Jonas Gahr Stoere meta tkellem mal-membri tal-partit wara li sar magħruf ir-riżultat qal li, “bħala l-ikbar partit, aħna se niżguraw li n-Norveġja jkollha gvern ġdid u rotta ġdida.

Huwa żied jgħid li, “fil-jiem li ġejjin, jiena se nkun qiegħed nistieden lil dawk il-partiti kollha li jridu l-bidla.”

Ekonomija

Sport