Tuesday, May 27, 2025

Il-Partit Laburista se jilqa’ f’Malta l-Kunsill tas-Socialist International għall-ewwel darba fl-istorja tal-Partit

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jifraħ lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit John Grech għall-ħatra prestiġjuża tiegħu bħala Chairperson tal-Kumitat għall-Mediterran tas-Socialist International. Din hija l-ewwel darba fl-istorja li rappreżentant tal-Partit Laburista Malti jingħata dan ir-rwol u tirrifletti l-ħidma kontinwa tal-Partit favur politika progressiva u b’viżjoni reġjonali.

Dan l-iżvilupp jikkonferma r-rikonoxximent li l-Partit Laburista qed jirċievi minn partiti sħab madwar id-dinja, partikolarment fi ħdan il-familja soċjalista internazzjonali, u jixhed kemm il-Partit Laburista jgawdi reputazzjoni tajba fuq livell globali, partikolarment fil-Mediterran.

Il-Kunsill tas-Socialist International, immexxi mill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez, se jiltaqa’ f’Malta lejn l-aħħar tas-sena f’avveniment ta’ importanza politika.  Il-Partit Laburista jibqa’ kommess li jaħdem favur il-ġustizzja soċjali, il-paċi, u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran u jħares ’il quddiem biex jilqa’ f’pajjiżna dan l-avveniment importanti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport