Saturday, October 4, 2025

Il-Partit Laburista u Robert Abela b’vantaġġ … sondaġġ politiku mill-istatistiku Vincent Marmara

Aqra wkoll

Dan is-sondaġġ huwa l-ewwel wieħed wara li nbidel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u laħaq Alex Borg. Dan se jkun indikattiv u se janalizza jekk Alex Borg irnexxilux jikseb aktar appoġġ minn Bernard Grech. 

Ninnutaw kif fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2022, 83.6% wieġbu li jippreferu lil Robert Abela, 2.5% lil Alex Borg, 6.7% qalu ‘oħrajn’, 6.4% qalu li huma indeċiżi, u 0.8% qalu li ma jippreferu lil ħadd.

Dan filwaqt li l-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2022, 90.5% qalu li jafdaw lil Alex Borg, 1.9% qalu ‘oħrajn’, u 7.6% qalu li huma indeċiżi

Wieħed jista’ jinnota li d-distakk baqa’ favur il-Partit Laburista. Dan għaliex mis-sondaġġ ħareġ li f’każ li ssir elezzjoni ġenerali għada, ir-riżultati juru li 43.9% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista, 37.0% lill-Partit Nazzjonalista, 2.2% lill-ADPD, 1.0% partiti oħra, filwaqt li 15.9% baqgħu indeċiżi dwar liema partit se jivvutaw.

Metedoloġija 

Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ sar minn Sagalytics bejn il-25 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2025 permezz tat-telefon u l-mowbajl. Il-kampjun kien ta’ 1,200 persuna b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±2.8%, fost persuni ta’ 16-il sena ’l fuq.

Il-kampjun inġabar u ġie mqabbel b’mod preċiż mal-proporzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni Maltija skont l-età, id-distrett u s-sess. Barra minn hekk, sabiex jiżdied il-livell ta’ preċiżjoni, is-sample ġie kkalibrat ukoll mal-mod kif ivvutaw iċ-ċittadini fl-elezzjoni ġenerali tal-2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport