Monday, February 24, 2025

Il-Partit Nazzjonalista b’tgħajjir fil-Parlament

Aqra wkoll

Illejla fil-Parlament wieħed seta’ jinnot sitwazzjoni kemmxejn differeni fil-Parlament. Dan hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela kien se jibda l-Istqarrija Ministerjali tiegħu , l-Oppożizzjoni Nazzjonalista nfexxet f’attakk fuq l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Dan minħabba li ma qablitx mar-ruling li ta ftit tal-ħin qabel. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sosna li l-Ispeaker kien qiegħed jipprova jagħlqilha ħalqha.

Flimkien ma’ Grech, kien hemm ukoll, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li insulenta lill-Ispeaker. Aquilina għajru “sfaċċat” u “għal ftit oqgħod bil-qiegħda man-naħa tal-Gvern”.

Hawnhekk l-Ispeaker issospenda l-Kamra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport