Sunday, August 3, 2025

Il-Partit Nazzjonalista huwa determinat li jipproteġi l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi

- Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech

Aqra wkoll

“Il-kisbiet tal-aħħar snin fil-Partit Nazzjonalista ġew grazzi għal ħidma responsabbli u viżjoni ta’ tmexxija b’saħħitha u bis-saħħa ta’ kulħadd, filwaqt li saħaq li l-Partit Nazzjonalista jinsab fuq triq ċara biex ikun gvern alternattiv b’saħħtu

Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd filgħodu. Grech irimarka li l-Partit Nazzjonalista huwa determinat li jipproteġi l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi quddiem żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar l-ippjanar li ressaq il-Gvern Laburista ta’ Robert Abela.

Grech qal ukoll; “Jekk verament Robert Abela jemmen fl-iżvilupp sostenibbli, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hu li jappoġġa b’mod sħiħ il-mozzjoni li ressaq snin ilu l-PN biex l-ambjent jiġi rikonoxxut bħala dritt fundamentali fil-Kostituzzjoni u jsiru studji ta’ carrying capacity f’kull lokalità, kif qed jitolbu li jsir il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista f’kull belt u raħal f’Malta u Għawdex”.

Dwar is-sigurtà fit-toroq, Grech esprima s-solidarjetà ma’ kull min kien involut f’xi inċident u mal-familji tal-vittmi tal-inċidenti li kellna fl-aħħar ġranet. Saħaq fuq il-ħtieġa ta’ taħriġ u riżorsi adegwati għall-forzi tas-sigurtà, kif ukoll aktar kontrolli għal sewqan taħt l-influwenza tad-droga u l-alkoħol. 

Enfasizza li l-ebda Gvern ma jista’ jevita kull incident li jista’ jseħħ, iżda jrid ikun hemm rieda ferm akbar min-naħa tal-Gvern biex jassigura li qed isir dak kollu possibbli biex is-sewwieqa jkollhom l-akbar salvagwardji possibbli waqt is-sewqan. 

Tenna billi elenka d-diversi kisbiet interni li saru fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin, fosthom l-istejjer ta’ suċċess finanzjarju ta’ NET Media u t-għeluq tat-Trust biex issa l-Partit għandu aktar saħħa permezz tal-każini tiegħu. Qal li dan sar grazzi għal ħidma għaqlija u b’sagrifiċċji kbar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport