Il-Partit Laburista jiddikjara d-diżappunt tiegħu għal mod kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista uffiċjalment qalet le għat-tieni nominata tal-Gvern mingħajr mill-ġdid ma ta raġuni valida.
Ikkundizzjonat minn terzi, fosthom l-għaqdiet estremisti li jmexxuh, Alex Borg ilu ġimgħa u nofs jaħli l-ħin u jippolitiċizza dan il-proċess, fosthom billi anke joħroġ billboards fit-toroq Maltin.
Illum ħadd ma fadallu dubju dwar min verament qed juża’ dan il-proċess għall-iskopijiet partiġġjani tiegħu.
Il-Partit Nazzjonalista sejjer żball jekk jaħseb li jista’ jibqa’ jirrediloka u jżomm ostaġġ dan il-proċess, bil-konsegwenza li jniżżel lill-ġudikatura f’inċertezza u instabbilita biex mingħalih jirbaħ punti politiċi.
Quddiem dan l-aġir, Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jikkunsidra d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn li jittieħdu fl-aħjar interess tal-pajjiż.

