Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said, waqt li aktar kmieni llum kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mhux biss qabel mal-kap Bernard Grech, iżda qal li għandu raġun li l-Kap tal-Oppożizzjoni meta qal li l-għajnuna li l-Gvern jagħti lill-familji Malti u Għawdxin biex il-kontijiet tad-dawl u ma jogħloew għanda tinqata.
Il-Partit Nazzjonalista minn ġdid reġa’ tenna l-pożizzjoni tiegħu li l-għajnuna li qed tingħata biex il-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu stabbli mhix sostenibbli. Ta’ min ifakkar li fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista, il-kontijiet kienu għolew b’mod li kienu mhux biss qed ikissru n-negozji, iżda wkoll il-familji ma setgħux jlaħħqu mal-kontijiet.
Chris Said sostna li “Bernard Grech kellu raġun, mhux Bernard Grech qed jgħidha. Bernard Grech qalha, imma qed jgħiduha l-istituzzjonijiet internazzjonali.”
Id-Deputat Nazzjonalista, sostna li s-sussidju fuq l-enerġija waqt li d-dinja għaddejja minn sfidi kbar fosthom il-gwerra li hemm bejn ir-Russja u l-Ukranja, dawn għandhom jieqfu.
“L-Unjoni Ewropea, mhux Bernard Grech biss, lill-Gvern Laburista qed tgħidlu: ey, ara x’se tagħmel, ibda l-phasing out,” tenna Chris Said.
Bernard Grech baqa’ bl-istess politika tal-mexxej ta’ qablu fosthom Lawrance Gonzi meta ftit tax-xhur ilu waqt li kien qed jindirizza l-Kamra tal-Kummerċ kien qal li “li tibqa’ tissussidja l-enerġija żgur li mhux l-aktar għażla sostenibbli”.
Il-Kap Nazzjonalista saħansitra kien qal li hu jagħmel eżatt bħal Gvern ta’ Gonzi li jħalli s-suq isuq u jitfa’ l-piż tal-prezzijiet tad-dawl u l-ilma fuq in-nies għax skont huma dawn ikunu għolew minn barra.
“Rigward il-prezzijiet. Meta l-prezzijiet bħal ma ġara fl-2008, 2009, 2010, 2011 u 2012, jogħlew internazzjonalment, jogħlew għal kulħadd,” kien tenna Bernard Grech.