Thursday, October 3, 2024

“Il-Partit Nazzjonalista kontra soluzzjonijiet biex jonqsu l-miżbliet”- Il-PL

Aqra wkoll

Flok jappoġġja proġetti li jnaqqsu l-miżbliet minn pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista moħħu biex jara kif jagħmel biex ixekkel dan il-proċess. L-Oppożizzjoni fil-fatt qed tinsisti li l-proċess għandu jaqbad u jitħassar – pass li lanqas il-Qorti ma talbet.

Għax il-Partit Nazzjonalista hekk jaf. Meta kien fil-Gvern, jibqa’ mfakkar għal ftuħ ta’ miżbliet u ebda azzjoni serja biex imqar tibda ssir is-separazzjoni tal-iskart mill-familji u n-negozji.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija fejn irrimarka li min-naħa l-oħra, Gvern Laburista qed jagħlaq il-miżbliet u qed jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi biex tiżdied is-separazzjoni tal-iskart, jitnaqqas l-iskart mill-miżbliet, skart riċiklabbli jerġa’ jintuża u skart organiku jinbidel f’riżorsa. 

Intqal ukoll; “Fl-istess ħin li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ kontra kull soluzzjoni ambjentali, il-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa’ sieket għal kollox dwar il-kunflitt ta’ interess lampanti tad-deputat tiegħu Adrian Delia li qed jiddefendi konsorzju li għandu offerta għall-istess proġett li tista’ tiswa’ lill-pajjiż €200 miljun aktar”

Sport