Thursday, January 29, 2026

Il-Partit Nazzjonalista mingħajr ebda deċiżjoni dwar il-Prim Imħallef

Aqra wkoll

Battibekki li inqalgħu fl-aħħar sigħat dwar il-kariga tal-Prim Imħallef, qegħdin juru li l-Partit Nazzjonalista jinsab bla deċiżjoni dwar Consuelo Scerri Herrera, li kienet nominata mill-Prim Ministru u l-Gvern għal Prim Imħallef.

Proprju llum f’ittra li bagħat lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ammetta li fil-Grupp Parlamentari tiegħu ma għandux qbil fuq in-nomina  tal-Gvern, li l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tkun il-Prim Imħallef il-ġdid. 

Filfatt fl-ittra tiegħu il-Kap Nazzjonalista qal biss li dispors jiltaqa’ biex ikompli bid-diskussjonijiet.

Il-Prim Imħallef attwali Dr Mark Chetcuti għandu jirtira biż-żmien ix-xahar id-dieħel u s-suċċessur tiegħu jrid jinħatar bil-vot taż-żewġ terzi tal-Parlament wara bidla leġislattiva li daħħal il-Gvern.

Dr Mark Chetcuti, anki jekk ma kienx hemm l-obbligu, kien inħatar b’mod unanimu wara qbil bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien, Adrian Delia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport