Monday, November 11, 2024

Il-partit politiku Kristjan jappella l-projbizzjoni tal-alkoħol fl-Iraq

Aqra wkoll

Il-politiċi Kristjani fl-Iraq qed jippruvaw ibiddlu l-liġi li tipprojbixxi l-importazzjoni u l-bejgħ tal-alkoħol. 

L-uffiċjali tad-dwana ngħataw ordnijiet is-Sibt sabiex jinfurzaw din il-projbizzjoni. Din il-liġi għaddiet minkejja li sabet oppożizzjoni. Il-grupp li għandu biss ħames siġġijiet fil-Parlament tal-Iraq, fetaħ kawża fejn qal li din tmur kontra d-demokrazija.

Il-liġi li oriġinarjament għaddiet mill-parlament fl-2016, timponi multa sa 25 miljun dinari Iraqini. Din tipprojbixxi l-bejgħ, l-importazzjoni jew il-produzzjoni tal-alkoħol u saret uffiċjali biss ix-xahar li għadda. 

Għadu mhux ċar kemm il-liġi tista’ tiġi infurzata bl-aktar mod strett, u jekk il-Qorti Federali Suprema tal-pajjiż hix se tiddeċiedi li tneħħiha. 

Fl-appell tagħhom fil-Qorti, il-membri tal-Moviment Babilonja saħqu li l-leġiżlazzjoni tmur kontra l-kostituzzjoni għaliex tinjora d-drittijiet tal-minoranzi u tirrestrinġi l-libertà.

Intqal ukoll li l-liġi tikkontradixxi digriet tal-gvern, adottata inqas minn ġimgħa qabel ma ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern fl-20 ta’ Frar, li jistabbilixxi dazju ta’ 200% fuq ix-xorb alkoħoliku kollu importat għall-erba’ snin li ġejjin.

Sport