Saturday, April 11, 2026

Il-Partit tal-Ħodor Awstraljan iżid il-pressjoni biex Iżrael iwaqqaf il-gwerra fuq il-Libanu

Aqra wkoll

Il-Partit tal-Ħodor fl-Awstralja qed jinsisti mal-gvern federali biex jagħmel pressjoni diretta fuq Iżrael biex iwaqqaf l-attakki fatali tiegħu fuq il-Libanu. Il-partit qed jagħfas ukoll biex jiġu kanċellati numru ta’ kuntratti tal-armi bi protesta kontra l-“gwerra diżastruża, illegali u immorali” fuq il-Libanu.

Il-Prim Ministru, Anthony Albanese, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Penny Wong, insistew li n-Nofsinhar tal-Libanu għandu jkun inkluż fil-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li għadu kif ġie nnegozjat bejn l-Istati Uniti u l-Iran f’dawn l-aħħar jiem.

Uffiċjali Libaniżi jgħidu li aktar minn 1,700 persuna nqatlu minn meta beda l-ġlied aktar kmieni u dan ix-xahar. Aktar minn 300 minnhom inqatlu minn bumbardament Iżraeljan fl-24 siegħa wara t-tħabbira ta’ waqfien mill-ġlied fil-gwerra fl-Iran nhar it-Tlieta filgħaxija.

Il-kelliem tad-difiża tal-Ħodor, David Shoebridge, qal li kienet meħtieġa pressjoni ekonomika u diplomatika aktar iebsa.

Żied jgħid li l-kanċellazzjoni ta’ aktar minn $1 biljun f’kuntratti tal-armi Iżraeljani, mhux biss jirrispondi għas-sitwazzjoni immorali tal-attakki militari Iżraeljani iżda jkollu wkoll il-benefiċċju li jpoġġi pressjoni materjali reali ħafna fuq Iżrael biex jirtira minn dik li hija gwerra diżastruża, illegali u immorali fil-Libanu li qed thedded il-paċi tad-dinja kollha.

Il-gvern federali filwaqt li qed jimmonitorja s-sitwazzjoni fil-Libanu, fejn jgħixu u jżuru eluf ta’ ċittadini Awstraljani, wissa permezz tad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ lill-Awstraljani biex ma jivvjaġġawx lejn il-Libanu u qed jagħti parir lin-nies hemmhekk biex ma jistennewx sakemm ikun tard wisq biex jevakwaw, speċjalment peress li l-ivvjaġġar kummerċjali għadu disponibbli.

Is-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar, il-kriżi tal-ispostament u t-telf ta’ ħajjiet ċivili fil-Libanu huma ta’ dwejjaq għaldaqstant, l-Awstraljani fil-Libanu qed jiġu mħeġġa biex jitilqu, jekk ikun sikur li jagħmlu dan. 

Ix-xahar li għadda, Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Penny Wong ħabbret 5 miljun dollari f’assistenza liċ-ċivili li nqabdu fil-gwerra filwaqt li l-ministru tal-enerġija, Chris Bowen, qal nhar il-Ġmgħa li l-waqfien mill-ġlied għandu japplika għar-reġjun kollu.

“Il-poplu Libaniż għandu dritt għad-drittijiet tiegħu daqs kulħadd fil-Lvant Nofsani,” qal Bowen. Hemm nies Libaniżi li qed jitilfu ħajjithom, Musulmani u Nsara flimkien. Dan mhux sew. Iżrael għandu jonora dan il-waqfien mill-ġlied fil-kelma u fl-ispirtu, u dan jinkludi l-poplu tal-Libanu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport