Saturday, January 24, 2026

Il-partita bejn Birkirkara u Gzira United posposta minħabba problem bil-lasti

Aqra wkoll

Il-partita mill-Malta Premier League li kellha tagħti bidu għat-18-il ġurnata jew aħjar għat-tieni programm tal-Closing Round, bejn Birkirkara u Gzira United, ġiet posposta hekk kif waħda mil-lasti fil-Victor Tedesco Stadium kienet erba’ ċentimetri iqsar milli suppost.

Jidher li kien il-coach tal-goalkeepers ta’ Birkirkara, Sean Cini, li ġibed l-attenzjoni dwar dan lill-uffiċjali tal-logħba.

Din il-problema ġiet innotata waqt li l-players taż-żewġ timijiet kienu qed jagħmlu l-warming-up ta’ qabel il-partita.

Għaldaqstant, inġibdet l-attenzjoni lill- uffiċjali tal-ground ta’ Victor Tedesco Stadium mill-ewwel bdew bil-ħidma tagħhom biex din il-problema tiġi solvuta minnufih.

Irriżulta li lasta minnhom kienet erba’ ċentimetri iqsar mill-oħra u għaldaqstant ma kinetx tilħaq il-kriterji biex tintlagħab il-partita.

Minħabba d-dewmin biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni, ir-referee li kien inkarigat minn din il-logħba, Alex Johnson, iddeċieda li jipposponi dan il-konfront. 

Għal dan il-għan, inħarġet stqarrija mill-Malta Premier League li fiha ġie konfermat il-posponiment ta’ dan il-konfront.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport