Il-partita mill-Kampjonat Spanjol, bejn Granada u Athletic Bilbao se titkompla nhar it-Tnejn wara li miet partitarju fl-istands fl-istadium Nuevo Los Carmenes.
Il-partita tal-Ħadd twaqqfet wara 17-il minuta hekk kif il-paramediċi ppruvaw jagħmlu minn kollox lil partitarju ta’ Granada wara li sofra attakk f’qalbu … bil-konsegwenza li dan il-konfront kellu jiġi abbandunat.
Il-partitarji li kellhom il-biljett għal-logħba inizjali se jitħallew jattendu.
Il-club ta’ Granada għadda l-kondoljanzi lill-“familja u ħbieb tal-partitarju kif ukoll lill-familja kollha ta’ Granada”.
Il-goalkeeper ta’ Athletic, Unai Simon, kien imfaħħar mill-partitarji ta’ Granada talli għen biex jinfurmaw lill-uffiċjali bl-inċident fl-istands.
Il-players miż-żewġ naħat ħallew il-ground 20 minuta wara li inizjalment twaqqfet il-partita.