Wara li Newcastle United tilfu l-logħba tagħhom kontra Bournemouth fi tmiem din il-ġimgħa, kienu diversi l-partitarji tal-Magpies li fuq il-midja soċjali bdew jiktbu sensiela ta’ kummenti dwar il-wirja diżastruża li wrew il-plejers favoriti tagħhom.
Eżatt fi tmiem il-logħba li ntlagħbet fil-Vitality Stadium u li ntemmet 2-0 favur iċ-Cherries, il-winger Kieran Trippier mar jaffaċċja lill-partitarji fejn lil wieħed minnhom qallu li aħjar jara l-plejers neqsin li għandhom fl-iskwadra pjuttost milli jwaħħal f’dak u fl-ieħor.
Fid-diskussjoni li kienet se ssir ftit animata żżejjed, kien il-kollega tiegħu Joelington li biegħdu minnhom sabiex it-tnejn li huma marru fid-dressing room.