Sunday, December 22, 2024

Il-partitarji ta’ Roma ma jaċċettawx apoloġija mill-players wara l-umiljazzjoni kontra Bodo Glimt

Aqra wkoll

Il-partitarji ta’ AS Roma li vvjaġġaw lejn in-Norveġja biex jagħtu l-appoġġ tagħhom kontra Bodo Glimt liema partita kienet valida mill-UEFA Europa Conference League, spiċċaw biex juru l-għadab tagħhom lill-istess players wara li sfaw umiljati bl-iskor ta’ 6-1. 

Fit-tentattiv biex jikkalmaw lill-partitarji, il-players marru taħt it-tribuna biex jagħmlu apoloġija fejn saħansitra Lorenzo Pellegrini offra l-flokk tiegħu lil partitarji. 

Iżda ħadd minnhom ma aċċetta dan il-ġest apoloġetiku u saħansitra komplew juru l-għadab tagħhom lejhom. 

Kienet lejla li l-Giallorossi jridu jinsew minkejja li l-coach, José Mourinho, lagħab b’team kompletament mibdul u b’diversi żgħażagħ. 

L-istess Mourinho refa’ r-responsabbiltá ta’ din it-telfa li kienet l-ikbar waħda fil-karriera tiegħu. 

Ekonomija

Sport