Sunday, December 22, 2024

Il-partitarji ta’ Roma mħassba fuq il-coach Mourinho wara l-umiljazzjoni kontra Genoa

Aqra wkoll

Il-partitarji ta’ Roma huma mħassba dwar it-tmexxija ta’ José Mourinho tat-team fit-tielet staġun tiegħu hekk kif huma qed jesperjenzaw l-agħar bidu tal-kampjonat. 

Il-Giallorossi jinsabu fis-16-il post b’ħames punti … tnejn biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Minn sitt partiti huma rebħu biss partita bit-tnejn l-oħra jispiċċaw fi draw. 

Il-Ħamis filgħaxija, Roma sfaw megħluba minn Genoa bl-iskor ta’ 4-1 li ġabet magħha lura l-ispettru tat-tielet staġun ta’ tmexxija tal-coach Portugiż ma’ diversi timijiet. 

Huwa telaq lil Chelsea bi ftehim reċiproku f’Settembru 2007, jiem biss mit-tielet kampanja wara li ngħaqad ma’ FC Porto fl-2004.

Ir-rebħ tal-Premier League fl-ewwel żewġ tentattivi, kien hemm biss rebħ ta’ unur wieħed fl-2006-07, għalkemm reb­ħu l-FA Cup u l-League Cup.

Mourinho rebaħ it-Treble ma’ Inter fl-2010 u telaq wara sentejn biss f’San Siro.

L-esperjenza tiegħu ma’ Real Madrid damet tliet staġuni mill-2010 sal-2013, iżda t-tielet terminu kien ħażin ħafna.

It-tattiku Portugiż irritorna ma’ Chelsea dak is-sajf u reġa’ għolla t-trofew tal-Premier League fl-2015, iżda tkeċċa f’Diċembru 2018, f’nofs it-tielet staġun tiegħu.

Manchester United ingaġġawh minn Lulju 2016 sa Diċembru 2018 biż-”żwieġ” tagħhom jintemm f’nofs it-tieni terminu.

Milqugħ bħala eroj f’Ruma fl-2021, huwa mexxihom għar-rebħ tal-UEFA Conference League u wassalhom sal-finali tal-UEFA Europa League meta sfaw megħluba minn Sevilla bl-għoti tal-penalties. 

Madankollu, bil-Financial Fair Play li tagħti ftit li xejn għażliet fis-suq tat-trasferimenti … bl-iskwadra tidher dejjem aktar tiċkien minħabba bosta injuries, il-partitarji ta’ Roma qed jibdew jistaqsu jekk is-”sindromu tat-tielet staġun” huwiex reali.

Ekonomija

Sport