Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Parlamentari, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat iddikjara li “l-passaport Malti hu l-aktar diffiċli fid-dinja biex wieħed jiffalsifikah”.
Hu qal li “jkollok min jipprova jiffalsifika passaporti, biss min jagħmel hekk jaf li l-passaport Malti hu l-aktar diffiċli biex tiffalsifikah. Dan għax użajna teknoloġija avvanzata. Hemm pajji li riedu jitgħallmu minna u ġew. Irrid ngħid li dan il-passaport qed isir kollu kemm hu f’pajjiżna. Kellek ukoll il-permess tar-residenza fejn dan ukoll għamilnih ħafna aktar b’saħħtu.”