Jekk ma jkollokx il-lussu li jkollok brejk ta’ siegħa fil-ġurnata tax-xogħol tiegħek, serje ta’ ‘pawżi qosra’ jistgħu wkoll ikollhom effett tajjeb ħafna fuq ġismek u moħħok.
Hekk kif kwalunkwe attività qasira li tgħinek tkisser il-monotonija tax-xogħol kontinwu li jgħajjik fiżikament u/jew mentalment. Jistgħu jdumu minn ftit sekondi sa diversi minuti. Imqar tmur tagħmel tazza tè jew tieqaf tgħid kelma ma’ ta’ ħdejk.
Għalkemm il-waqfiet se jkunu ċkejkna, jista’ jkollhom impatt b’saħħtu fuqek. Studji wrew li dawn il-pawżi qosra jistgħu jtejbu l-kapaċità tal-ħaddiema biex jikkonċentraw aktar, ibiddlu l-mod kif jaraw ix-xogħol tagħhom, u anke jgħinuhom jevitaw anke xi inċident.
Peress li m’hemm l-ebda kunsens dwar kemm għandhom idumu dawn il-pawżi qosra jew kemm-il darba għandek tieqaf, tajjeb li tesperimenta u tara liema jaħdem l-aħjar għalik.
Jekk inti tieqaf regolarment biex titkellem mal-persuna ħdejk jew tagħti ħarsa lejn it-telefon ċellulari tiegħek, huwa possibbli li diġà inti midħla tat-teknika. Basta dawn il-pawżi jkunu qosra u volontarji.
Fir-realtà l-unika waqfa uffiċjali tagħna hija ġeneralment biss waqt il-brejk ta’ nofsinhar – għalkemm xi kumpaniji jipprovdu xi brejks oħrajn qosra matul il-ġurnata tax-xogħol.
Din it-teknika ġiet ivvintata fl-aħħar tas-snin tmenin meta xi riċerkaturi riedu jiskopru jekk il-pawżi qosra fuq ix-xogħol jistgħux jagħtu spinta lill-produttività jew inaqqsu l-istress.
Wara li segwew skoprew li l-pawżi, fil-fatt, ma kinux ta’ benefiċċju daqs kemm kienu ttamaw. Iżda ħaġa waħda kienet tispikka: nies li ħadu pawżi kemmxejn itwal kienu kkalmaw u anke xogħlhom ukoll ma kienx jeħtieġ daqstant korrezzjoni.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn jeżistu muntanji ta’ evidenzi li jissuġġerixxu li l-pawżi qosra jistgħu jkunu ta’ benefiċċju – inaqqsu l-istress, iżommu l-ħaddiema involuti u jagħmlu x-xogħol aktar pjaċevoli.
Infatti l-esperti jirrakkomandawlna li waqt il-ġurnata tax-xogħol tagħna kultant għandna nimxu lejn it-tieqa biex naraw x’inhu jiġri barra. B’hekk inkunu qed nirrilassaw l-għajnejn u l-moħħi, jew imqar sempliċement ninklinaw lura fis-siġġu tagħna għal ftit ħin.
Mod ieħor tajjeb kif tisforza lilek innifsek biex tieħu pawża qasira huwa li jkollok flixkun kbir tal-ilma ħdejk. B’hekk kull meta tixrob se jkollok tieqaf biex tmur sal-kamra tal-banju – allura dan huwa mod tajjeb kif iġġiegħel lilek innifsek tieqaf ftit, timxi ftit filwaqt li żżomm ruħek idratat permezz tal-ilma.