Thursday, December 26, 2024

“Il-perfezzjoni u attitudni pożittiva huma kruċjali kontra s-Slovakkja” – Gilbert Agius

Aqra wkoll

It-Tlieta, it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jiffaċċja lit-team nazzjonali qawwi ħafna tas-Slovakkja tal-istess kategorija f’Nitra billi l-players Maltin se jkunu qed jikkompetu biex jibnu fuq il-prestazzjoni ta’ kwalità tliet ijiem qabel f’Alytus f’telfa ta’ 2-1 kontra l-Litwanja.

Nhar it-Tnejn filgħaxija it-team Malti kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ peress bl-ispirti huma għoljin qabel dawn id-90 minuta għalkemm kontra team qawwi li għandu players ta’ kwalità bħall-midfielder Martin Svidersky li jilgħab mat-team tal-U23 ta’ Manchester United.

Il-coach Gilbert Agius tkellem qabel din il-partita fl-iStadion pod Zoborom f’Nitra, meta jiftakar li din hija partita iebsa kontra team organizzat tajjeb u fiżiku li se jkun qed tfittex li jirkupra wara t-telfa mhux mistħoqqa ta’ 3-2 li t-team Slovakk sofra kontra Spanja matul il-ġimgħa li għaddiet.

Huwa saħaq, “Teknikament l-avversarji tagħna hawn nhar it-Tlieta huma b’saħħithom ħafna. Se nkunu qed infittxu li nżommu l-momentum li urejna kontra  l-Litwanja. Jien pożittiv għall-players tiegħi, irridu naħdmu għall-perfezzjoni u nagħmlu l-almu tagħna fid-90 minuta nhar it-Tlieta fejn nittamaw li nerġgħu lura d-dar b’rendiment ta’ min ifaħħru u riżultat pożittiv.”

Il-coach Agius iddikjara li l-players tiegħu se jkunu qed jagħtu aktar mill-mija fil-mija tiegħu matul id-90 minuta kontra s-Slovakkja fejn se nżommu t-twemmin li nżommu ċ-ċans li nassiguraw riżultat pożittiv.

Aleandro Garzia sofra injury ħafifa fil-Litwanja u għalhekk mhux mistenni jkun disponibbli, b’Karl Mohnani x’aktarx jeħodlu postu bħala difensur lemini wara li d-difensur ta’ Melita daħal b’saħħtu bħala sostitut fis-57 minuta fil-Litwanja.

Il-coach Gilbert Agius qal, “Il-plejer ta’ Floriana, Garzia, qed jagħmel progress tajjeb fl-irkupru tiegħu minn din l-injury li sofra fl-aħħar partita. Fis-sessjoni ta’ prattika ta’ lejlet il-partita, kellu prestazzjoni tajba fit-taħriġ mal-bqija tal-grupp. Se nibqgħu nsegwu l-progress tiegħu qabel id-deċiżjoni finali dwar jekk hux se jkun inkluż jew le għal din il-partita nhar it-Tlieta.

Rigward ir-ritorn mat-Team ta’ Malta U21 tal-versatili Alex Satariano, il-coach Agius sostna li Alex ta spinta profonda lill-iskwadra kollha.

“Il-preżenza tiegħu wkoll waqt it-taħriġ fil-jiem li għaddew setgħet tinħass; il-personalità u l-ħeġġa tiegħu li jaħdem saħansitra iktar u jkompli jgħolli l-livelli tiegħu ġiet innutata u verament ta ispirazzjoni wkoll għall-bqija tal-grupp”.

Il-coach Gilbert Agius qed jaħseb fuq formazzjoni offensiva fejn misetgni jaddotta sistema tattika ta’ 3-4-3, b’Satariano jingħaqad ma’ Mattia Veselji u Jake Engerer fl-attakk.

Il-coach Agius enfasizza, “Aħna dejjem nippruvaw u nżommu l-istess tattika. L-unika bidla hija fil-players li għandna għad-dispożizzjoni tagħna. Aħna nħarsu lejn l-attitudni fiżika u mentali tal-players matul din l-aħħar sessjoni ta’ prattika nhar it-Tnejn wara t-teħid tad-deċiżjonijiet finali fil-formazzjoni inizjali li jaslu t-Tlieta”.

Malta tilgħab konta s-Slovakkja, f’partita minn Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati ewropej ta’ taħt il-21 sena f’Nitra nhar it-Tlieta fl-4.30pm (ħin ta’ Malta), bil-Maltin jirritorna pajjiżna kmieni l-Erbgħa wara nofsinhar.

Ekonomija

Sport