Il-vlogging tal-familja, li beda b’mod innoċenti fuq YouTube fl-2008, ra ġenituri jtellgħu vidjows tad-dar biex juru l-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Pjattaformi bħal Shaytards u Bratayley saru popolari għall-mumenti familjari tagħhom — iżda dak li beda bħala kontenut sempliċi u ħelu, inbidel f’xi ħaġa perikoluża ħafna.
Il-perikli ta’ kif tgħix ħajtek pubblikament ġew fid-dawl fit-30 ta’ Awwissu 2023, meta l-influencer Ruby Franke, magħrufa għall-pjattaform tagħha 8 Passengers, ġiet arrestata flimkien mal-partner tagħha Jodie Hildebrant fuq sitt akkużi ta’ abbuż kriminali fuq it-tfal. Binha ħarab mid-dar ta’ Hildebrant biex jitlob ikel u ilma mingħand ġar, u kixef ir-realtà tal-biża’ wara snin ta’ “familja perfetta” fuq YouTube.
Franke, li darba kienet meqjusa bħala omm ta’ sitt itfal li hi devota għar-reliġjon Mormon, bniet numru kbir ta’ segwaċi fuq l-internet, billi wriet il-ħajja ta’ kuljum ta’ wliedha online. Iżda d – dixxiplina stretta tagħha kkawżat tħassib — fosthom meta hi rrifjutat li tagħti l-ikel lil bintha ż-żgħira bħala kastig u saħansitra neħħiet ukoll is-sodda ta’ binha bħala ċajta. Aktar tard instab li kienet influwenzata minn Hildebrant, terapista li kienet tippromwovi twemmin reliġjuż estrem li żviluppa f’kontroll u abbuż.
Sal-2023, kienu saru diversi rapporti lis-Servizzi Protettivi tat-Tfal, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni sakemm binha irnexxielu jaħarab. Meta waslu il-pulizija, it-tfal instabu bla saħħa u trawmattizzati. Franke u Hildebrant ġew akkużati u qed ikunu ikkundannati għal massimu ta’ 30 sena l-ħabs. Is-sentenza għandha tiġi reveduta fl-aħħar tas-sena 2026.
Il-każ reġa’ qajjem dibattitu globali dwar l-isfruttament tat-tfal fil-vlogging tal-familja. Fl-2024, ġiet introdotta liġi li tobbliga lil vloggers familjari jżommu parti mid-dħul tagħhom għal wliedhom taħt l-età, biex dan l-ammont jirċievuh meta jagħlqu t-18-il sena.
Kien ukoll propost li jiġu pprojbiti l-midja soċjali kollha għal tfal ta’ taħt it-13-il sena biex is-sigurtà tagħhom tiġi massimizzata.
Il-każ ta’ Ruby Franke jibqa’ meqjus bħal allarm għall-użu tal-medja soċjali. Mhux kull ma jidher fuq l-internet li forsi jgħati xejra pożittiva’ fuq familja, din hija kollha tlellix iżda is-saħħa u l-privatezza tat-tfal jistgħu jkunu f’riskju serju.

