Saturday, December 21, 2024

Il-Perit David Xuereb jinħatar Chairman tal-OHSA

Aqra wkoll

Il-Perit David Xuereb se jinħatar bħala Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Gradwat mill-Università ta’ Malta u universitajiet fl-Ingilterra, il-Perit Xuereb mexxa kumpaniji stabbiliti u kien fdat bi proġetti maġġuri kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Tul is-snin, il-Perit Xuereb kien attiv ħafna fl-oqsma tad-disinn sostenibbli u l-industrija l-ħadra. Għallem u kien mitlub jagħti preżentazzjonijiet u diskorsi f’diversi universitajiet u istituzzjonijiet, b’interessi partikolari fuq is-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima.

Sa Marzu li għadda, il-Perit Xuereb kien President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Malta u huwa wkoll Direttur tal-Malta Enterprise u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni li twaqqfet reċentement.

Il-Perit Xuereb se jkun qiegħed iservi f’din il-kariga wara li Dr Manuel Mallia, li kien Chairman fl-aħħar snin, kien approvat biex ikun ir-Rappreżentant Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit. 

Il-gvern irodd ħajr lill-Avukat Mallia għall-ħidma tiegħu u jawguralu għal dan l-irwol ġdid.

Ekonomija

Sport