In-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Covid-19 laħaq is-73 persuna, hekk kif il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ persuni oħrajn.
Fi stqarrija kmieni dalgħodu l-Ministeru għas-Saħħa qal li raġel ta’ 75 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 nhar l-14 ta’ Ottubru li għadda, u ddaħħal fħall-kura l-għada fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, mara ta’ 90 sena ddaħħlet l-isptar fil-31 ta’ Ottubru u rriżultat pożittiva dakinhar stess. Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-anzjani u appella lil kulħadd biex isegwi d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.