Sunday, November 24, 2024

Il-Perù jitlob l-għajnuna tal-Istati Uniti biex jitwaqqfu l-ajruplani li qed jittraffikaw il-kokaina

Aqra wkoll

Il-Perù qiegħed jipprova jilħaq ftehim mal-Istati Uniti malajr kemm jista’ jkun biex jiġu mwaqqfa t-traffikanti tad-droga kokaina li qed jużaw ajruplani żgħar biex jagħmlu dan.

Il-Perù ilu minn Marzu jipprova jilħaq ftehim mal-Is­tati Uniti u dan hekk kif din l-industrija illegali f’dan il-pajjiż qiegħda kulma jmur tikber. L-awtoritajiet tal-Perù qed ifittxu li jilħqu ftehim “li ma jikkaġunax mewt” biex jiġu interċettati dawk l-ajruplani li qed jittrasportaw din id-droga illegalment. Snin ilu, l-Istati Uniti kienet tipprovdi din l-assistenza iżda kienet ġiet imwaqqfa wara li l-Qawwa tal-Ajru tal-Perù kienet bi żball sparat fuq ajruplan li ħasbu li kien qiegħed iġorr id-droga, meta fil-fatt dan kien ta’ żewġ ċittadini Amerikani li sussegwentament tilfu ħajjithom. 

Ricardo Soberon, li huwa l-kap tal-aġenzija DEVIDA li taħdem kontra t-traffikar tad-droga, qal li l-isforzi li qed isiru mhux qed ikunu suffiċjenti minħabba li d-domanda għal din id-droga qiegħda dejjem tiżdied. 

Il-produzzjoni fil-Perù ssir primarjament qrib il-fruntiera mal-Brażil fir-reġjun Ucayali, u t-tkabbar tal-pjanta coca żdied b’iktar minn sitt darbiet f’dawn l-aħħar sentejn. 

Sport