Monday, December 23, 2024

Il-pjattaforma soċjali ta’ Donald Trump s’issa kienet diżappunt

Aqra wkoll

F’Ottubru li għadda l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump kien qal li qiegħed jippjana li jniedu il-pjattaforma soċjali Truth Social li tkun rival ta’ twitter u midja soċjali oħra. Trump kien qal li Truth Social se tkun qiegħda “tiġġieled it-tiranija tal-kumpaniji l-kbar”. 

Ġara li hekk kif din l-applikazzjoni diġitali ġiet imnedija fil-21 ta’ Frar li għadda, illum – sitt ġimgħat wara – jidher li din qiegħda tiffaċċja problemi kbar. S’issa jidher li hemm 1.5 miljun persuna li applikaw biex jużawha u dawn għadhom fil-lista ta’ stennija. 

Truth Social jidher li hija simili ħafna għal Twitter, pjattaforma li Trump kien imkeċċi minnha wara li attivisti tiegħu kienu “invadew” il-US Capitol. Twitter hu tal-fehma li Donald Trump kien għamel akkużi infondati li l-aħħar elezzjoni presidenzjali kienet “misruqa” u din inċitat il-vjolenza. Kawża ta’ hekk Trump kien ġie mkeċċi għal dejjem mill-pjattaforma. 

Jidher iżda li s’issa l-pjattaforma ta’ Trump kienet diżappunt totali, b’ħafna mis-segwaċi tiegħu jgħidu li ma jafux eżatt x’qiegħed jiġri. Dawk li rnexxielhom jidħlu f’din l-applikazzjoni qalu li minn meta tnediet sal-lum ftit li xejn kien hemm attività fuqha. Suppost din l-applikazzjoni kellha tibda tiffunzjona b’mod sħiħ sal-aħħar ta’ Marzu. 

Ekonomija

Sport