Bħalma tradizzjonalment isir ġewwa l-Pjazza tas-Siġġiewi għall-Ħamis ix-Xirka, illejla wkoll din l-istess pjazza bdiet tiġi imdawwla b’mod sabiħ fejn qed jintużaw aktar minn 1,800 fjakkola. Dawn qed jiffurmaw id-disinn ta’ tapit b’salib fin-nofs u l-materjal kollu użat huwa wieħed rriċiklat.


Din il-fjakkolata tirrikjedi numru ta’ preparamenti anke minħabba l-fatt li l-fjakkoli jsiru kollha mill-voluntiera tal-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru.
Din is-sena bosta kienu qed jistennew din l-attività wara nuqqas ta’ sentejn.
Ritratti u Filmat: Roger Azzopardi