Tuesday, March 24, 2026

Il-PL favur il-publikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri parlamentari kollha

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista nnota l-pożizzjoni tal-grupp parlamentari Laburista, hekk kif espressa mill-membri tal-Gvern fil-Kumitat Permanenti għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.

F’laqgħa li kien hemm aktar kmieni t-Tnejn, il-Gvern appoġġja l-proposta tal-President tal-Kumitat u l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia sabiex jingħata aċċess eħfef għad-dikjarazzjoniijiet tal-assi lill-pubbliku u lill-media.

Fil-fatt il-Gvern propona li r-reġistru tal-assi tal-membri kollha jibdew jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u jiġu ppublikati. Din se tkun riforma oħra li se ssaħħaħ il-kontabilità u t-trasparenza fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, hekk kif diġa saru f’oqsma oħra bħal ġustizzja u l-governanza.

Il-Kumitat qabel unanimament li l-emendi mressqa mill-Gvern imorru għall-istadju parlamentari li jmiss, jiġifieri għad-dibattitu fil-plenarja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport