Saturday, October 26, 2024

Il-PL iwieġeb għall-kritika tal-IĠM fil-konfront tal-Prim Ministru

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-kritika li rċieva l-Prim Ministru Robert Abela minħabba li daru miegħu xi ġurnalisti minkejja l-appelli għad-distanza soċjali, il-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru Robert Abela qatt ma waqaf iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u safa kkritikat mill-Istitut tal-Ġurnalisti għax il-ġurnalisti daru miegħu. Skont il-PL dawn huma “affarijiet li ma jinftiehmux minn Istitut tal-Ġurnalisti li għandu funzjoni tant importanti.”

Il-PL innota li “l-istess standards ma applikawhomx meta Bernard Grech sar Kap tal-Partit Nazzjonalista, jew meta l-istess Grech tkellem fil-Parlament, sal-bieraħ stess, mingħajr maskra.”

Il-PL appella biex “l-Istitut ma jinħakimx minn membri li jużaw l-istitut għal skopijiet partiġġjani.”

Sport