Sunday, May 19, 2024

“Il-PL jeħtieġ jibqa’ forza progressiva… b’Robert Abela fit-tmexxija l-partit se jibqa’ jissaħħaħ”

Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Importanti li l-Partit Laburista qatt ma jieqaf ikun il-partit tal-ħaddiema u min iħaddem”. Sostniet dan il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Attard qalet li l-Partit Laburista jeħtieġ jibqa’ forza progressiva u liberali. Tkellmet dwar dawk il-koppji li qed jistennew l-emendi kruċjali fil-liġi tal-IVF, dawk il-persuni tansgender li qed jistennew proposta oħra importanti, dik li tiġi offruta l-operazzjoni tal-gender reassignment bla ħlas bħala parti mis-servizz tas-saħħa pubblika. Qalet ukoll li l-Partit Laburista jeħtieġ ikun xprun fid-diskussjoni nazzjonali matura li jeħtieġ isseħħ dwar l-ewtanasja volontarja għal persuni li jkunu għaddejjin minn tbatijiet kbar b’mard terminali mingħajr ebda tama ta’ fejqan.

Hija tkellmet ukoll dwar is-sistema elettorali ta’ pajjiżna u anke dwar il-mekkaniżmu ta’ aktar nisa fil-parlament. Hija tkellmet dwar dan hekk kif tkellmet dwar inġustizzji li għadna nassistu għalihom hekk kif għadna nsibu nisa li jiġu mistoqsija jekk jitħajrux li jkollhom tfal meta jersqu biex japplikaw għall-impjieg.

Attard temmet tfakkar dwar il-ħidma tal-mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’dawn l-aħħar sentejn u qalet li Abela verament jixraqlu konferma oħra b’saħħita mingħand id-delegati tal-Partit għax bih mexxej il-Partit se jkompli jissaħħaħ.

Sport