Tuesday, January 7, 2025

Il-PL jgħid il-PM saħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni … il-PN bi problema ta’ kredibbiltà

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista b’reazzjoni għal dik maħruġa iktar qabel mill-Partit Nazzjonalista rigward il-kumment tal-Prim Ministru Robert Abela fi Brussell intqal li Dr Abela ħa passi bla preċedent biex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-Partit Laburista kompla jgħid li filwaqt li dejjem irrispetta l-indipendenza tal-istituzzjonijiet, huma min huma u huma fejn huma, Dr Abela dejjem ra li jinvesti fihom kemm meħtieġ biex iwettqu xogħolhom b’serjetà u serenità.

L-istqarrija tkompli tgħid li għal kuntrarju ta’ dan jidher li huma nies fil-Partit Nazzjonalista li filwaqt li jipprietkaw ħafna dwar is-suġġett, għalqu għajnejhom u widnejhom għal twissijiet li kien ilhom isirulhom.

“Għalhekk illum il-Partit Nazzjonalista għandu wkoll problema ikbar ta’ kredibbiltà milli diġà kellu,” temmet l-istqarrija.

Ekonomija

Sport