“F’siegħa intervista jipprova jiġġustifika n-nuqqasijiet tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ kien żbaljat fuq fatt bażiku dwar il-liġijiet tal-IVF f’pajjiżna”. Iddikjara dan il-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għal diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Il-Partit Laburista kompla biex jgħid li Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista vvota favur l-emendi li saru għal-liġi fl-aħħar snin u kkwotah jgħid “Dik il-liġi evolviet u ġiet emendata wkoll. U tajjeb li ġiet emendata u mxejna ‘l quddiem u vvotajna wkoll favur l-emendi”. Bernard Grech qal dan id-diskors meta kien qed jitkellem dwar l-IVF u kif skontu kien il-Partit Nazzjonalista li għamlu possibbli.
L-istqarrija tkompli li apparti li kulħadd jaf li l-Partit Nazzjonalista vvota kontra l-emendi, tiftixa sempliċi fir-rekords tal-Parlament qabel tkellem kienet turih li f’Ġunju tal-2018, il-Partit Nazzjonalista vvota kontra l-emendi sinjifikattivi li kienu pass importanti ‘il quddiem u li fuqhom issa trid tinbena r-riforma li jmiss.
“Jekk anke l-iktar fatti