Wednesday, April 16, 2025

Il-PL jikkundanna l-aġir ta’ Jason Azzopardi fil-Qorti u jesprimi solidarjetà mal-Ministru Clint Camilleri

Aqra wkoll

Il Partit Laburista jikkundanna l-atteġġjament aggressiv u baxx, tal-eks Ministru Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi fil-konfront tal-Ministru Clint Camilleri fl-Awla tal-Qori.


Azzopardi kien aggressiv mal-Ministru Camilleri u kellu għal diversi drabi jiġi mwiddeb mill-ġudikant.

Il-Partit Laburista jesprimi solidarjetà u appoġġ lil Clint Camilleri li spiċċa fil-mira kattiva ta’ Jason Azzopardi u l-fazzjoni estremista.

Il-Partit Laburista mhux se jitlob lil Bernard Grech biex jikkundanna l-atteġġjament aggressiv u estrem ta’ Azzopardi, għax inutli. Karol Aquilina, il-kap de facto tal-PN ma jħallix lil Grech jagħmel dan, u Grech ibaxxi rasu quddiem il-fazzjoni estrema li ħadet kontroll assolut tal-PN

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport