Saturday, April 19, 2025

Il-PL jilqa’ l-aħbar li l-Ambaxxata Amerikana se tibqa’ topera f’Malta

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jinnota b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Ambaxxata Amerikana li se tibqa’ topera u tirrappreżenta liċ-ċittadini Amerikani f’Malta, filwaqt li ċaħdet l-allegazzjonijiet li saru f’dawn l-aħħar jiem. 

Dikjarazzjoni li turi l-għaqal tal-Gvern Laburista li ma waqax għan-nassa tal-għidut u li minflok irrikorra għall-allarmiżmu fil-mezzi tal-media, bħalma għamel ħaddieħor, kompla jsegwi l-politika internazzjonali b’saħħitha ta’ pajjiżna bbażata fuq id-djalogu, ir-rispett u d-diplomazija, taħt it-tmexxija tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg.

Huwa ta’ dispjaċir għal pajjiżna li għandna Oppożizzjoni li minflok taġixxi ta’ Gvern alternattiv b’serjetà, tibqa’ tieħu kull opportunità biex tattakka lil Malta u Għawdex, anke billi tuża allegazzjonijiet mhux konfermati biex tipprova tbeżża’ u tallarma lin-nies bla bżonn.

Dak li l-Oppożizzjoni ppreżentat bhala “pass kbir lura” u “espressjoni ta’ sfiduċja” għal Malta, illum ħareġ li ma kien xejn għajr għidut.  Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn jitghallem x’jiġrilu min jobżoq fl-ajru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport