Wednesday, July 24, 2024

IL-PL JIRBAĦ L-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Aktar kmieni: S’issa ngħaddu 5.3% tal-voti

Informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li s’issa ngħaddu 5.3% tal-voti. B’kollox hemm 64 kaxxa miftuħa fejn minnhom 22 kaxxa ġew skenjati kollha.

Dalwaqt ikun hemm l-ewwel indikazzjonijiet ta’ fejn marret din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Aktar kmieni: Il-voti jibdew jiġu skenjati

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm beda l-proċess biex jibdew jiġu skenjati. Din l-informazzjoni tasal mill-ewwel għand il-Kummissjoni Elettorali u anke għand il-Partit Politiċi. B’dan il-mod ikunu jistgħu jqabblu l-kampjuni li jkunu qegħdin jieħdu ma’ voti li jkunu skenjati.

Aktar kmieni: Jibda l-proċess tal-wiri tal-voti

Għadu kemm beda l-proċess tal-wiri tal-voti, biex b’hekk bil-mod il-mod jibda jkun hemm l-ewwel indikazzjoni dwar kemm ġabu voti l-partit il-kbar u anke l-kandidati indipendenti. Dan il-proċess kellu jibda għall-ħabta tad-9.00am. Jidher li dan il-proċess ħa aktar ħin biex beda minħabba li nstabu voti li suppost kellhom jintefgħu f’kaxxi oħra.

B’hekk hemm 800 kaxxar li se jkunu qegħdin jitqassmu fuq 13-il medja skont id-distrett.

Fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar hemm diversi aġenti tal-partit politiċi li mill-ewwel bdew jieħdu l-ewwel kampjuni li jgħadduhom lill-uffiċjali tal-Partiti rispettivi tagħhom u jkunu jistgħu jaħdmu dak li jisejjaħ sampling biex ikun hemm indikazzjoni ċara tar-riżultat.

Ma’ One News, Michael falzon qal li l-ewwel indikazzjonijiet ta’ liema partit kiseb l-akbar ammont ta’ voti u d-distakk bejn il-partiti mistenni għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Aktar kmieni: Illum ikunu magħrufa s-6 MEPs ġodda

Aktar tard dalgħodu jibda l-għadda tal-voti fejn se għal darb’oħra se jkun qiegħed isir b’mod awtormatiku.

Qegħdin nistennew li minn hawn u ftit tal-ħin ilu, is-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar tibda tintela’ bil-mod il-mod kemm bl-aġenti tal-partiti u anke bil-kandidati stess biex inkunu jistgħu jsegwu l-għadda tal-voti.

Talk.mt se jkun qiegħed iwassal b’mod kontinwu dak li jkun għaddej mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Mill-elezzjoni tal-bieraħ iridu jiġu eletti 6 membri tal-Parlament Ewropew minn fost 39 kandidat li kkontestaw. L-elezzjoni tal-bieraħ hija l-ħames elezzjoni Ewropewa li Malta ħadet sehem fiha.

Il-Partit Laburista għandu 9 kandidati filwaqt li l-Partit Nazzjonalista 8 kandidati. ADPD The Green Party għandhom 4 kandidati filwaqt li l-partiti Abba u Imperium Europa għandhom żewġ kandidati kull wieħed. Il-Partit Volt Malta għandu kandidat wieħed filwaqt li hemm 13-il kandidat li kkontestaw bħala indipendenti.

Ekonomija

Sport